​“Premju ġdid għall-kumpaniji li jħaddnu l-ugwaljanza” – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-premju għall-Ħaddiem tas-Sena 2017 qed isir fl-isfond ta’ bidliet li qed jiġu konklużi fil-liġi tax-xogħol biex jirriflettu aħjar ir-realtajiet tal-lum.
Waqt it-tnedija tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2017, il-Ministru Dalli semmiet kif hemm seba’ kategoriji differenti, li jippremjaw mhux biss lill-ħaddiema iżda wkoll lill-kumpaniji.
Spjegat kif iddaħħlu rikonoxximenti ġodda għall-kumpaniji li jħaddnu l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol, u għall-aktar kumpanija li toffri miżuri favur il-familja.
Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-applikazzjonijiet jinsabu online fuq il-website tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.
Għal kull nomina hemm bżonn żewġ nominaturi li jiktbu għaliex il-premju għandu jmur għand in-nominat jew nominata tal-għażla tagħhom.  
Ir-rebbieħa jitħabbru fis-serata finali fis-6 ta’ Diċembru.
Ritratt: DOI – Kevin Abela