​Premju ġdid għall-infermiera

Premju ġdid għall-infermiera ġie imħabbar fil-Jum Dinji tal-infermiera biex jiġu rikonoxxuti infermiera li jaħdmu fi spirtu ta’ kompassjoni, li jrawmu l-għarfien tagħhom mill-evidenza u riċerka u li juru impen lejn is-saħħa u l-kwalità.
Il-premju National Florence Nightingale Nursing Award ġie imwaqqaf mill-Vitals Global Healthcare (VGH), flimkien mal-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) u ċ-Chief Nursing and Midwifery Officer.
In-nominazzjonijiet għall-premju jistgħu jiġu sottometti kemm mill-kollegi kif ukoll mill-pazjenti. Infermiera professjonali li huma liċenzjati u ilhom impjegati Malta għal tul dawn l-aħħar ħames snin huma eleġibli biex jipparteċipaw.
Il-kriterji għall-premju jinkludu ħiliet kliniċi, l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet effettivi, xogħol fil-komunità, u pubblikazzjonijiet ta’ xogħlijiet fost l-oħrajn.
L-applikazzjonijiet se jiġu riveduti minn panel ta’ membri mill-MUMN, VGH u mill-Malta Directorate. Rebbieħ wieħed imbagħad jiġi magħżul.
Ritratt: Arkivji