Premjati entitajiet u persuni li taw kontribut fis-soċjetà

Tnediet l-20 edizzjoni ta’ Fundación MAPFRE Awards  bl-għan li l-premjijiet jirrikonoxxu l-impenn ta’ persuni jew istituzzjonijiet li taw kontribut eċċellenti lis-soċjetà fil-qasam tax-xjenza, kultura u umanità.
Fundación MAPFRE hija għaqda non-governattiva li twaqqfet minn MAPFRE, li f’Malta hi rrappreżentata minn MAPFRE Middlesea.
L-unuri,  bi premju ta’ €30,000 jingħataw fil-ħames kategoriji li ġejjin. Lifetime Achievement Award  tagħti rikonoxximent għal kontribuzzjoni minn persuna ta’ 70 sena jew aktar b’karriera li ħalliet riżultati tajbin fis-servizz lejn is-soċjetà.
Il-Premju Award for the Best Health Promotion Initiative jirikonoxxi kontribuzzjoni lill-entitajiet u persuni fil-prevenzjoni ta’ riskji u aċċidenti u fil-promozzjoni tas-saħħa.
The Award for the Best Social Action Initiative jippremja persuni u entitajiet li ħadmu biex itejbu l-integrazzjoni u l-kwalità ta’ ħajja ta’ gruppi b’inqas xorti, waqt li għenuhom jegħlbu limitazzjonijiet fiżiċi, finanzjarji u soċjali.
The Award for the Best Accident Prevention and Road Safety Initiative  jingħata lil dawk li taw kontribuzzjoni sinifikanti għall-prevenzjoni u tnaqqis f’aċċidenti domestiċi, tat-traffiku, u waqt attivitajiet sportivi.
Għall-ewwel darba din is-sena, il-premjijiet se jinkludu wkoll International Insurance Award, li jingħata lill-entitajiet u persuni li kkontribwew biex itejbu l-perċezzjoni dwar l-assigurazzjoni, permezz ta’ innovazzjoni, taħrig u titjib tas-servizz.
In-nominazzjonijiet għandhom isiru sal-ewwel ta’ Marzu.  Għal aktar informazzjoni żur is-sit http://www.fundacionmapfre.org/fundacion/es_es/conocenos/premios-fundacion/