‘Premiere’ dinji se jsir fit-Teatru Manoel

Id-dramm ġdid ta’ Edward Bond The Price of One se jitella’ għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April.
Id-dramm ġie kkummissjonat mit-Teatru Manoel u Unifaun Theatre Productions u hija l-ewwel darba li kittieb ta’ statura internazzjonali bħal Edward Bond kiteb speċifikament għax-xena teatrali ta’ Malta.
B’direzzjoni ta’ Chris Cooper, l-atturi huma erbgħa mill-aqwa li għandha f’Malta u huma: Malcolm Galea, Simone Spiteri, Magda van Kuilenburg u Andre Agius. Id-disinn tal-produzzjoni huwa f’idejn id-disinjatur Ingliż Ceri Townsend.
The Price of One hija traġedja moderna li tesplora t-tema tal-umanità, l-eternità u l-ġenn fis-soċjetà konsummeristika tal-lum.
L-udjenzi f’Malta se jkollhom l-opportunità li jaraw dan id-dramm it-8, d-9 u l-10 ta’ April fit-8pm.
Biex tikseb il-biljett tista’ żżur is-sit uffiċjali tat-Teatru Manoel fuq www.teatrumanoel.com.mt.