#PrayForThem…L-Insara għada jingħaqdu għall-paċi fil-Lvant Nofsani

Fid-disa' ta' għada filgħaxija, l-Insara kollha huma mħeġġa biex permezz ta' xemgħa jew ta' talba, jingħaqdu flimkien u jiftakru fl-Insara ppersegwitati.
Fid-dawl tat-traġedji umani li qed jiġru kuljum fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari fis-Sirja, il-Patrijarka ta' Antioch fis-Sirja, Gregorju III, li hu wkoll il-mexxej tal-Knisja Griega ta' Melkite, kien appella lid-dinja biex fil-Milied u mhux biss, kull Nisrani jixgħel xemgħa u jgħid talba għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Iżda għada l-Ħadd 25 ta' Jannar, din l-inizjattiva se tingħata aktar saħħa fuq il-midja soċjali permezz tal-hashtag #PrayForThem.  Filfatt, għada jimmarka l-aħħar jum tal-ġimgħa ta' talb għall-għaqda bejn l-Insara.
Ftit jiem qabel il-Milied li għadda, 12-il tifel u tifla Sirjani nqatlu f'kamp tar-refuġjati fil-Libanu.  Storja traġika bħal din, fis-Sirja  jiġru ta' kuljum. 
F'dawn l-aħħar erba' snin, minn meta fil-pajjiż bdiet il-gwerra ċivili, nqatlu aktar minn 300,000 persuna u akta rminn 50,000 persuna oħra għadhom huma rrappurtati nieqsa.
Biss biss, tul l-2014 inqatlu 76,000 persuna.
Disa' miljun refuġjat ġew imġiegħla jaħarbu minn djarhom u jsibu kemm fil-Libanu, Turkija u l-Ġordan.