Prattikament impossibbli għal Coutinho li jingħaqad ma’ Barcelona

Skont il-gazzetta Spanjola, Mundo Deportivo, huwa prattikament impossibbli issa li Philippe Coutinho ta’ Liverpool jingħaqad mal-ġganti Spanjoli Barcelona.
Dawn tal-aħħar raw it-tielet offerta illi poġġew quddiem id-diriġenti ta’ Liverpool irrifjutata wkoll.
F’dan ix-xenarju, il-Katalani taw ċans sa nhar il-Ħadd sabiex il-klabb Ingliż jerġa' jaħsibha u f’każ li ma jiġrix hekk kull tentattiv sabiex jinxtara l-midfielder Brażiljan jisfuma fix-xejn.