“Prattiċi li jxekklu liċ-ċittadini bħall-geo blocking iridu jieqfu”

Il-Parlament Ewropew ivvota favur pożizzjoni finali għall-Att li jirregola is-Suq Diġitali madwar l-Ewropa.
L-Ewroparlamentari Miriam Dalli ressqet numru ta’ emendi għar-rapport inkluż il-ħtieġa li jitwaqqfu prattiċi magħrufa bħala geo-blocking, li tnaqqas l-aċċess għal prodotti u servizzi liċ-ċittadini skont il-pajjiż fejn ikunu qed jgħixu.
Miriam Dalli enfasizzat li dan ir-rapport qed jagħmel enfasi kbira biex il-Kummissjoni Ewropea twaqqaf dawn il-prattiċi inġusti għaliex bil-geo blocking, iċ-ċittadini Ewropej qed jitilfu l-opportunità li jixtru affarijiet u servizzi li jridu filwaqt li l-imprendituri u min għadu jibda’ fin-negozju mhux qed jirnexxilu jisfrutta l-benefiċċju ta’ suq akbar.
L-Ewroparlamentari Maltija appellat lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-possibiltajiet ta’ finanzjament onlajn għall-imprendituri.
Fost affarijiet oħra, ir-rapport dwar is-Suq Diġitali, jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija li tindirizza n-nuqqas ta’ e-skills speċjalment fost iż-żgħażagħ.