Praspura oħra ta’ Lucy!

M'Anne Muscat bħala Aunty Lucy

Fl-episodju tal-lum ta’ Għada Jisbaħ Ukoll li qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM se naraw li issa m’għadux sempliċiment interess dak ta’ Rina lejn il-lecturer tagħha Karl. Għalkemm jidher li bejniethom bdiet tnibbet relazzjoni, Justine, bint Karl, turi biċ-ċar li mhix qed tieħu pjaċir b’din is-sitwazzjoni.

Mark, mill-banda l-oħra, għadu ma fehemx x’ġara u jibda jipprova jfittex daqsxejn risposti!

Martina & Mark

Nifhmu li bejn Tereza u Lucy hemm ħbiberija b’għeruq fil-fond ħafna. Lucy hija forsi l-aktar persuna li minkejja l-ħmerijiet kollha tagħha, taf tifhem lil Tereża. Taf il-passat tagħha u tista’ tifhem l-inkwiet li qed idejjaq lil Tereza minħabba l-wasla ta’ Peter u s-suspetti ta’ Martina. Din tal-aħħar tintilef ftit fl-immaġinazzjoni tagħha u tinsa li għalkemm għal kull domanda hemm risposta, wieħed irid isaqsi fil-post it-tajjeb biex ir-risposti jkunu tajba! It-tensjoni bejnha u bejn ommha tkompli tikber minħabba f’hekk!

F’dan l-episodju jiġri każ stramb. Ġulja waqt il-programm tagħha, tħabbar il-ħarba ta’ xi immigranti illegali minn ta’ Kandja. Jiġri li matul il-lejl, kmieni filgħodu, wieħed mill-maħruba jidħol ifittex kenn u ikel fid-dar tas-sinjura Tereża.

L-istorja hawn tikkumplika ftit minħabba l-bosta praspar ta’ Lucy! Imnalla hemm Tereża u Fr Bert li jżommu lil kulħadd fil-perspettiva t-tajba! Ma rridux ninsew li Ġulja għaddejja minn mument ferm iebes u diffiċli.

Ġulja u Lucienne

Għada Jisbaħ Ukoll se jkompli għada l-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM. Il-puntati kollha ta’ matul il-ġimgħa jixxandru mill-ġdid fuq TVM2 mill-11am ‘il quddiem.