Praspar li ġraw fis-sagristiji u fil-knejjes f’Malta

L-esperti jsostnu li l-umoriżmu u d-daħq huma tajba għas-saħħa tagħna, kemm mentali kif ukoll fiżika. U l-praspar li jkunu ġraw veru jdaħħquk aktar.

Il-ktieb popolari ‘Ċajt mis-Sagristija u bawxati oħra’ reġa’ ġie stampat mill-ġdid wara li kien sold out f’temp ta’ ftit ġranet. Il-ktieb hu ġabra ta’ praspar, inċidenti u bawxati b’laqta reliġjuża li ġraw fost l-oħrajn lil isqfijiet, monsinjuri, saċerdoti, qassisin, sorijiet u reliġjużi oħra. Il-bawxati seħħew fil-knejjes, waqt il-quddies, fit-tberik, fil-qrar, f’xi sala tat-tieġ jew festin… Insomma f’kull rokna fejn rifsu r-reliġjużi Maltin, inkluż fil-Vatikan u l-missjoni.

Min kien il-voluntier li kellu jimbotta lill-Arċisqof Charles Scicluna biex ikompli tiela’ telgħa wieqfa fuq il-mutur? Iż-żelqiet fuq l-artal u taħt l-ambone ma jonqsux – l-Isqof Mario Grech dabbarha wkoll. Kif ġara l-inċident? Kien hemm Isqof li waqagħlu l-qalziet, qassis ieħor li rema l-qalziet mit-tieqa ’l barra. It-tnejn spiċċaw għall-frisk.

F’dan il-ktieb issir taf aktar dwarhom, min huma, x’għamlu u x’għamlulhom! Qatt immaġinajt min jista’ jżomm iċ-ċrieket tal-għarajjes waqt il-quddiesa taż-żwieġ minbarra l-pageboy, il-bestman jew l-għarajjes? Il-qassisin iħabbtu wiċċhom ma’ kull talba u mistoqsija.

F’dan il-ktieb se taqra dak li qatt ma smajt. Il-ktieb hu pubblikazzjoni ta’ Kite Group u bħalma hemm ktieb fuq ir-reliġjużi hemm fuq it-tobba, il-politiċi, l-avukati, l-isportivi u l-għalliema.

Ma’ kull ktieb li jinxtara qabel Jum l-Omm minn fuq www.kitegroup.com.mt issir bookmark personalizzata b’xejn li tkun tinkludi ritratt u messaġġ li jagħżel min jixtri l-ktieb.  Aktar informazzjoni 9993 2592 jew fuq Facebook.