Pranzu b’risq id-Dar tal-Providenza

Infinitely Xara

Read in English.

Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Infinitely Xara Co. Ltd tal-familja Zammit Tabona ospitat dak li issa sar wieħed mill-punti ewlenin tas-sena: ċena b’risq Id-Dar tal-Providenza f’The Xara Lodge. 

Il-pranzu, li għalih attendew 80 persuna minn sferi differenti tal-ħajja u diversi kumpaniji stabbiliti, sar fl-isbaħ sfond tal-Imdina.  Matul il-pranzu nġabru €17,390. Dan ifisser li fl-aħħar erba’ snin inġabret is-somma ta’ €98,000 għall-appoġġ tal-Id-Dar tal-Providenza.

L-isponsors prinċipali kienu Seifert, The Point Shopping Mall, PWC, Francis J Vassallo, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u Bilom Group. Sponsors oħra kienu jinkludu Marsovin, VJ Salomone, KRS Releasing, Farsons, Il-Qronfla, u l-General Soft Drinks.  Għal din l-okkażjoni kien hemm jazz dirett minn Russu u l-ħbieb li offrew is-servizzi tagħhom b’xejn għal kawża nobbli. 

Il-ħwienet kollha f’Infinitely Xara, jiġifieri x-Xara Lodge Terrace, The Xara Lodge Pool, ir-Restaurant de Mondion u Trattoria AD 1530 se jkunu qed jaċċettaw il-vawċers tal-Gvern u se jagħtu donazzjoni ta’ 10% tal-valur tal-vawċer għad-Dar tal-Providenza. 

“Il-pandemija Covid-19 affettwat lilna lkoll f’ħafna modi aktar minn waħda, madankollu xi wħud aktar minn oħrajn bħal f’Id-Dar tal-Providenza, u din hija r-raġuni għaliex iddeċidejna li nkomplu b’dan l-avveniment annwali u nospitaw daqs imnaqqas għall-pranzu. Kull ftit jgħin u jista’ jagħmel differenza,” qal id-direttur Nicola Paris.

Infinitely Xara

Infinitely Xara hija The Xara Palace Relais & Chateaux, The Xara Lodge, The One Star Michelin de Mondion Restaurant, Trattoria AD 1530 u The Medina Restaurant. Infinitely Xara jaċċettaw li jagħmlu wkoll avvenimenti fuq barra. Għal aktar informazzjoni ċemplu 21450560 jew email lil events@xaracollection.com

Dan it-tagħrif twassal minn Infinitely Xara Co. Ltd