Pot Pie tat-tiġieġ

Ingredjenti

45g butir

45g dqiq plain

45g basal, imqatta’ rqiq

50g piżelli u zunnarija tal-friża

nofs kuċċarina melħ

nitfa bżar

2 tazzi brodu tat-tiġieġa

nofs tazza ħalib

400g laħam misjur tat-tiġieg, imqatta’

għaġina sfiljurata

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

F’kazzola kbira dewweb il-butir u mbagħad żid id-dqiq, il-basla u l-bżar u l-melħ. Neħħi minn fuq in-nar meta t-taħlita tisħon ħafna. Żid il-brodu u u ħalib bil-mod waqt li tħawwad il-ħin kollu. Meta jagħli żid it-tiġieġ, il-piżelli u z-zunnarija. Neħħi minn fuq in-nar.

Ferragħ t-taħlita tat-tiġieġ f’dixx tal-forn li jkun miksi bl-għaġina sfiljurata. Wara għattiha b’kisja ta’ għaġina sfiljurata u sajjar fil-forn għal madwar 35 minuta sakemm il-wiċċ isir dehbi kannella sabiħ.