Post ġdid għall-ħażna tal-frott u l-ħxejjex f’Għawdex

MGOZ - Terry Camilleri

Il-bdiewa Għawdxin se jkollhom faċilità ġdida u moderna fejn jaħżnu l-kaxxi tal-frott u l-ħxejjex fil-pitkalija tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li permezz ta’ din l-inizjattiv qed titwettaq wegħda elettorali oħra għall-benefiċċju tal-bdiewa Għawdxin.

 fejn sar intervent maġġuri u investiment mill-Ministeru għal Għawdex biex issa l-bdiewa tagħna jkollhom sit għall-ħażna tal-kaxxi hekk kif imwiegħed fil-manifest elettorali”.

Hija qalet li ġie mwaqqaf Direttorat ġdid fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex  bl-isem ta’ ‘Rural Gozo’ biex jindirizza l-isfidi u l-bżonnijiet ta’ dan is-settur.

Id-Direttur ta’ Rural Gozo Neville Mercieca spjega l-funzjoni tad-direttorat tmur oltre minn dik rurali hekk kif id-direttorat għandu r-responsabilità wkoll tas-settur tas-sajd f’Għawdex. Hu qal li minn kemm ilu mwaqqaf id-Direttorat għall-Affarijiet Rurali f’Għawdex, il-vuċi tal-bdiewa u s-sajjieda qed tingħata aktar attenzjoni.