Post fil-Belt għall-Ministru Anton Refalo f’każ li jinqabad Malta

Il-Ministeru għal Għawdex se jieħu f’idejh proprjetà fil-Belt Valletta biex isiru laqgħat uffiċjali tal-Ministeru, kif ukoll bħala faċilità f’każ li l-Ministru jinqabad Malta fil-maltemp jew meta jkollu laqgħat fit-tard.
Kien il-Ministru Anton Refalo stess li kkonferma dan fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.
Dr Refalo kkonferma li l-post li jinsab fi Triq Melita hu mikri mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, u qed jiġi rranġat mill-Ministeru minħabba li kien fi stat delapidat.