Filmat: Post fejn tidħol imfarrak, u toħroġ sħiħ

Il-programm ta’ Reach għandu 80% rata ta’ suċċess

Read in English.

  • Omm mhux miżżewġa u għandha ħamest itfal. Vittma ta’ vjolenza domestika.
  • Ġuvni barrani, ġie Malta. Wegħduh xogħol, ħallas kapparra fuq il-kera u ma sab xejn meta ġie.
  • Raġel miżżewweġ b’żewġt itfal. Kellu problemi mal-familja. Spiċċa barra.

Tliet persuni li sabu l-għajnuna tal-proġett Reach li huwa parti mill-Fondazzjoni Dar il-Hena magħmula min The Alfred Mizzi Foundation, il-Gvern u l-Caritas. Wara li għamlu l-programm ta’ Reach tgħallmu biżżejjed biex jiffaċċjaw il-problemi tagħhom waħedhom. Is-suċċess tal-programm huwa aktar minn 80%.

Daħlu mfarrkin. Ħerġin bnedmin sħaħ.

Roberta Gellel responsabbli mill-programm Reach u mid-dar fejn isibu kenn dawn in-nies bla saqaf fuq rashom titkellem ma’ Fr Joe Borg.

  • Min huma n-nies bla saqaf fuq rashom?
  • Tort tagħhom jispiċċaw hekk?
  • Min jista’ jfittex l-għajnuna ta’ Reach?
  • Fiex jikkonsisti l-programm?

L-intervista tixxandar il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar fuq Newsbook.com.mt fil-5pm.