Post Byron Camilleri fil-Kunsill tal-Fgura jibqa’ vojt

Ħadd ma ppreżenta l-kandidatura tiegħu biex jimtela l-post tal-eks Kunsillier Byron Camilleri.
Camilleri rriżenja mill-kunsill wara li ġie elett f'isem il-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali ta' Ġunju.
Huwa kien kandidat tal-Partit Laburista fuq it-tieni u r-raba’ distrett.
Byron Camilleri nħatar mill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala Whip tal-Gvern.