Possibbli li wieħed jaħdem 3 darbiet mid-dar u jumejn mill-post tax-xogħol – Abela

Read in English.

Il-Ministru Carmelo Abela qal li hemm mudelli ta’ xogħol li fihom ħaddiema jaħdmu tliet ijiem fil-ġimgħa mid-dar u jumejn minn fuq il-post tax-xogħol, jew viċi versa.

Abela qal dan waqt webinar organizzat minn Grant Thornton dwar l-isfida tal-iżvilupp sostenibbli.

Fi stqarrija l-Ministeru fi ħdan l-OPM qal li Abela issuġġerixxa li l-policies nazzjonali dwar ir-remote working kemm fis-settur pubbliku u kemm dak privat jibdew ikunu mandatorji. Spjega li dan ifisser li minflok li jkun biss l-impjegat li jitlob biex jaħdem mid-dar, l-għażla tkun ukoll ta’ min iħaddem..

Hu spjega kif waħda mit-tagħlimiet tal-COVID-19 kienet li jista’ jkollok ħaddiema jaħdmu mid-dar, filwaqt li l-produttitvà tax-xogħol tibqa’ l-istess, u fl-istess waqt din tgħin għal inqas konġestjoni fit-traffiku fit-toroq u inqas emissjoni ta’ fjuwil fl-arja.

Qal kif organizazzjonijiet jistgħu jutilizzaw mudelli differenti ta’ kif jista’ jsir dan.

Abela qal li l-iżvilupp sostenibbli huwa parti integrali mill-aġenda tal-Gvern.

Ritratti u filmat: MSD