Possibiltà ta’ koperazzjoni mas-Somalja dwar l-immigrazzjoni irregolari – il-PM Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal li l-ewwel laqgħa li saret bejn il-gvern Malti u dak tas-Somalja se tiftaħ bibien għal possibilitajiet ġodda fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari.

Dan intqal waqt laqgħa bejn il-Prim Ministru Malti Dr Joseph Muscat u d-deputat Prim Ministru Somala Fawzia Yusuf Adam, bil-għan li jkun hemm relazzjoni diplomatika tajba. Mis-Somalja jaslu fost l-akbar ammont ta’ immigranti irregolari f’Malta.

Din il-laqgħa saret waqt iż-żjara ta’ Dr Muscat fil-Ġnus Magħquda.

Malta għamlet ukoll talba formali għal bidu ta’ relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, liema talba se tiġi kkonfermata uffiċjalment mill-Gvern Somalu fil-ġimgħat li ġejjin.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri