Possibiltà ta’ €10 biljun oħra f’għajnuna għall-Greċja

Il-Gvern Grieg qal li l-Greċja jista’ jkollha bżonn ta’ għajnuna finanzjarja għat-tielet darba, iżda mhix se taċċetta miżuri ġodda ta’ awsterità.

Il-Ministru tal-Finanzi Grieg saħaq li jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar appoġġ finanzjarju, dan mhux se jkun aktar minn 10 biljun ewro.

Il-Greċja hija marbuta li żżomm fis-seħħ il-miżuri ta’ awsterità sal-2016.  

Sa issa l-Greċja diġà rċeviet żewġ programmi ta’ għajnuniet li jammontaw għal 240 biljun ewro.