Possibiltà li l-President tal-Afrika t’Isfel jerġa’ jiffaċċja 783 akkuża ta’ korruzzjoni

Fl-Afrika t’Isfel, Qorti Għolja ddeċidiet li treġġa’ lura deċiżjoni ta’ Qorti oħra li fl-2009 kienet waqqgħet 783 akkuża ta’ korruzzjoni kontra l-President attwali tal-pajjiż, Jacob Zuma.
Dakinhar, l-akkużi kienu twaqqgħu biss ġimgħat qabel l-elezzjoni li rat lil Zuma jsir President.
Issa l-Imħallef iddikjara dik id-deċiżjoni bħala “irrazzjonali” u fetaħ it-triq biex jerġgħu jinfetħu akkużi kontrih.
Zuma dejjem ċaħad l-akkużi, li jinvolvu bejgħ ta’ armi fl-1999 b’valur ta’ biljuni ta’ dollari.
Il-ġimgħa li għaddiet, inkjesta wasslet biex jiġi dikjarat li mhemm ebda provi ta’ korruzzjoni jew frodi minn uffiċjali tal-Gvern dak iż-żmien.