‘Possibiltà li l-forzi Amerikani jintervjenu fis-Sirja’ – Obama

Il-kunsilliera anzjani tas-Sigurta’ Nazzjonali fl-Istati Uniti se jiltaqgħu mal-President Amerikan Barack Obama f’dawn il-jiem. Huma se jiddiskutu l-kwistjoni tal-azzjoni militari fil-konfronti tal-Gvern Sirjan, li qed jiġi akkużat li uża armamenti kimiċi kontra persuni ċivili.

Id-Dipartiment għad-Difiża Amerikan għandu r-responsabiltà li joffri lill-President Amerikan diversi għażliet li jistgħu isiru f’każijiet bħal dawn. Matul il-ġurnata tal-lbieraħ il-Pentagon irrikmanda diversi azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fil-konfronti tal-gvern Sirjan fejn ġie suġġerit li l-forzi Amerikani ikunu lesti għal kull possibiltà ta’ azzjoni militari.