Possibilità ta’ azzjonijiet industrijali mill-MAM fis-settur tas-saħħa

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija tinsab lesta li tieħu azzjonijiet industrijali fis-settur tas-saħħa minħabba r-revizjoni tal-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-lekċerers fl-Università ta’ Malta.
Filwaqt li tinsab f’diżgwid industrijali mal-Università, il-MAM qalet li għandha l-għarfien ewlieni fl-Iskola Medika u għalhekk għandha tipparteċipa u tiffirma kull ftehim li jintlaħaq mal-akkademiċi fl-Università.
Għalhekk il-MAM tista’ ssejjaħ azzjonijiet industrijali fl-Università ta’ Malta jekk tkompli fil-ftehim preżenti mal-MUT u l-UMASA.
Il-MAM tinsab lesta wkoll li toħroġ azzjonijiet oħra fis-settur tas-saħħa, b’simpatija minħabba kwistjonijiet oħra li jinsab pendenti.