Possibilità li Timmermans u Weber imexxu l-Ewropa

FILE PHOTO: European Commission vice-president Frans Timmermans, candidate of the Party of European Socialists (PES), speaks at the Plenary Hall during the election night for European elections at the European Parliament in Brussels, Belgium, May 27, 2019. REUTERS/Francois Lenoir/File Photo

Huwa possibbli li jkunu Frans Timmermans u Manfred Weber li se jkunu qed imexxu l-Ewropa. Weber jista’ jkun il-President tal-Parlament Ewropew u Timmermans kapaċi jkun il-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Skont ir-Reuters, il-leġiżlaturi Ewropej qed jippruvaw jgħażlu dawk li marru l-aħjar fl-elezzjonijiet ta’ Parlament Ewropew ta’ Mejju għall-karigi għolja. Dan wara li bdew jaffaċċjaw akkużi li m’humiex qrib iċ-ċittadini.

Taħt dak il-pjan, il-politiku Ġermaniż tal-lemin ċentrali Manfred Weber ried jieħu l-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea peress li l-Partit Popolari Ewropew huwa l-akbar alleanza politika.

Però, il-President Franċiż Emmanuel Macron irrifjuta s-sistema tal-Ispitzenkandidat li għandha l-appoġġ tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel li għadha ma qatgħetx qalbha.
Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez issuġġerixxa li l-proċess jibda mill-bidu wara li t-tieni attentat kien inkonklussiv f’summit li sar f’Ġunju. Ħafna gvernijiet jixtiequ bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel u biex jevitaw milli l-ogħla pożizzjonijiet imorru għand membri ta’ gvernjiet tal-Punent tal-Unjoni Ewropea.

Il-kompromess li jista’ jsir huwa li Weber isir il-President tal-Parlament Ewropew filwaqt li Frans Timmermans jingħata l-kariga tal-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-mexxejja tal-UE se jkomplu jiddiskutu dwar in-nominazzjonijiet għall-ogħla karigi fi ħdan l-Unjoni Waqt il-Kunsill Ewoprew Speċjali tal-lejla.