Possibilità li l-vaping beda joqtol fl-Istati Uniti

Flickr - Sarah Johnson

Uffiċjali tas-saħħa fl-Istati Uniti qed jirrapportaw dwar dik li possibilment tista’ tkun l-ewwel mewt fil-pajjiż b’rabta mal-vaping.

Skont The Guardian, l-uffiċjali l-Ġimgħa qalu li pazjent adult f’Illinois li żviluppa marda serja fil-pulmun wara l-vaping miet. Huma qed jikkunsidraw din il-mewt bħala l-ewwel waħda fl-Istati Uniti li hija marbuta mal-e-cigarettes.

Skont l-Uffiċjal Kap Mediku Dr Jennifer Layden, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ta’ Illinois (IDPH) irċieva r-rapport dwar il-mewt il-Ħamis.

Uffiċjali fi ħdan iċ-Ċentri tal-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard qalu li 193 persuna f’22 stat kellhom mard respiratorju serju wara l-vaping. Però qalu li għadha ma ġietx identifikata kawża komuni tal-mart u li dawn kienu qed jiġu msejħa “każijiet potenzjali” li għadhom taħt investigazzjoni.