Possibilità li l-bdoti tal-Air Malta jirtiraw is-servizz tagħhom f’azzjoni industrijali

Miguela Xuereb

Read in English.

Hemm possibilità li l-bdoti tal-Air Malta jirtiraw is-servizz tagħhom bħala parti minn azzjoni industrijali kontra l-kumpanija tal-ajru.

Fi stqarrija l-unjin tal-bdoti ALPA qalet li maġġoranza assoluta tal-membri tagħha ivvutaw favur azzjoni industrijali.

L-ALPA qalet li fl-aħħar xhur kellha diversi laqgħat biex tipprova ssolvi l-kwistjoni li għandha mal-amministrazzjoni tal-Air Malta.

Fakkret kif fil-5 ta’ Ġunju l-Air Malta keċċiet 69 piloti minn 134. Dan ftit jiem wara li l-kumpanija assigurat li ħadd ma kien se jitkeċċa.

L-ALPA qalet li bgħatet proposti dwar x’jista’ jsir fil-11 ta’ Lulju imma li l-Air Malta qatt ma wieġebet dwarhom.

L-unjin qalet li l-Air Malta mhux qed tinnegozja b’mod ġust. Għalhekk l-ALPA reġistrat għadd ta’ tilwimiet industrijali.