Possibbli se terġa’ tagħmel ix-xita?

Sema safi u bla riħ, ebda sħaba (jew ftit), jum sabiħ.

Imma iva, skont it-tbassir tat-temp mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hemm possibilità ta’ xi ħalbiet tax-xita sa għada l-Ħadd fis-1am. F’dawn il-jumejn, l-ogħla temperatura mistennija tinħass 34 grad Celsius, bl-Indiċi UV ikunu 7.

It-Tnejn u t-Tlieta t-temp se jkun il-biċċa l-kbira msaħħab bl-Erbgħa u l-Ħamis ikun iddominat mir-riħ, li mistenni jiżdied għal Forza 5 – 6. Il-Ġimgħa mbagħad terġa’ toħroġ ix-xemx.

Jidher li minn kollox se jkollna fil-jiem li ġejjin!