
Read in English.
Hemm ċans li l-coronavirus qed jinxtered mill-arja, skont Anthony Fauci, il-Kap tal-Istitut Nazzjonali Amerikan tal-Alleriġiji u l-Mard Infettiv.
Dr Fauci qal dan jum wara li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) talbet biex isiru aktar studji fuq il-modi kif jinxtered il-virus.
Hu u jitkellem waqt konferenza dwar il-Covid-19 organizzata mis-Soċjetà Internazzjonali tal-AIDS, Dr Fauci qal li wħud huma xettiċi dwar jekk il-virus jinxteridx fl-arja, iżda hemm ċans li dan hu minnu, minkejja li m’hemmx evidenza b’saħħitha wara dan. Il-WHO talbet li jsiru aktar studji dwar dan.
In-numru ta’ każijiet fl-Istati Uniti għola għal aktar minn tliet miljun issa li fetħu l-bars u r-ristoranti mill-ġdid.