Posposti żewġ partiti mill-Kampjonat BOV Premier

Kawża tal-maltemp li għamel matul il-lejl, il-Malta Football Association ħabbret li l-partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom isiru llum fil-Hibernians Stadium f’Kordin gew posposti.
Minflok, il-partiti se jintlagħbu t-Tlieta 27 ta’ Jannar 2015.
Tarxien Rainbows FC vs Qormi FC tintlagħab fis-6.00pm mentri Zebbug Rangers kontra Pieta’ Hotspurs tintlagħab fit-8.15pm.
Il-partiti l-oħra tal-Kampjonat BOV Premier li kienu skjedati llum fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun se jsiru kif ippjanat.

Ritratt: Hibs Stadium