Filmat: Sitwazzjoni ta’ emerġenza f’Mater Dei

Sitwazzjoni ta’ emerġenza żviluppat fl-Isptar Mater Dei, minħabba ħsara fis-sistema tal-provvista tal-ilma. Dan wassal biex ġew posposti l-operazzjonijiet.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li nfaqgħu xi pajpijiet f’zoni diversi tal-isptar. Filmati li waslu għand dan is-sit juru l-kurituri mimlija bl-ilma.

L-Isptar Mater Dei qal li ċertu attività fl-isptar kellha tiġi sospiża biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurta tal-ħaddiema u l-pazjenti. Tim ta’ ħaddiema qed jaħdmu bla heda biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal.