Posposti l-logħob tal-waterpolo; plejer pożittiv għall-coronavirus

Arkivji

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Għawm, l-ASA, ħabbret li qed tipposponi l-logħob kollu sal-Ħadd li ġej. Dan wara li fl-ewwel ċirkulari tal-lum l-Assoċjazzjoni ħabbret li pposponiet il-logħba tal-waterpolo bejn San Ġiljan u Birżebbuġa. Il-logħba kellha tintlagħab fit-8.10pm tal-lejla.

F’ċikulari mibgħuta lill-membri u lill-klabbs, l-Assoċjazzjoni qalet li plejer minnhom ittestja pożittiv u bħalissa għaddej il-contact tracing biex jiġu ttestjati dawk il-plejers li kellhom kuntatt miegħu.

Illum ġew irreġistrati 49 każ ġdid ta’ coronavirus. It-total ta’ testijiet li ħarġu pożittivi mil-laboratorji kien ta’ 71 b’kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa tikkonferma li 22 test li rriżulta pożittiv kienu ta’ persuni li reġgħu rriżultaw pożittivi.

Fejn jinsabu rikoverati l-persuni bil-coronavirus?
40 persuna bil-coronavirus fl-isptarijiet f’Malta

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn