Posposti l-auditions ta’ Malta’s Got Talent

Read in English.

Fid-dawl ta’ dak li qed jiġri bħalissa minħabba fiż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus, il-producers tal-programm Malta’s Got Talent li huwa mistenni li jixxandar fuq TVM minn Ottubru li ġej, ħabbar li l-auditions li kienu mistennija jsir fil-ġranet li ġejjien bejn is-7 u t-12 ta’ Awwissu fil-Hilton Conference Centre, issa ġew posposti għal data li se titħabbar aktar ‘il quddiem.

It-tim tal-produzzjoni ħabbar li sa tmiem il-ġurnata, dawk kollha li kellhom jagħmlu l-audition, kif ukoll dawk li kellhom il-biljetti biex jattendu bħala udjenza se jkunu qed jirċievu dettalji permezz tal-posta elettronika bid-dettalji l-ġodda ta’ meta se jkunu qed isiru dawn l-auditions.

Ritratt: Facebook/Malta’sGotTalent

It-tim tal-produzzjoni rringrazzja lil dawk kollha involuti għall-appoġġ tagħhom u qed iħares ‘il quddiem biex iwassal dan l-ispettaklu televiżiv minn Ottubru ‘l quddiem.