Posposti aktar logħob tal-waterpolo; plejer ieħor pożittiv

Arkivji

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Għawm, l-ASA, ħabbret li qed tipposponi aktar logħob tal-waterpolo wara li plejer ieħor irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Din id-darba, l-assoċjazzjoni qed tipposposponi l-logħob tan-nisa, tal-U13 u U15 kollu sa nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu.

F’ċirkulari li ntbagħtet illejla lill-membri u l-klabbs tal-assoċjazzjoni, is-Segretarju Ġenerali qalet li din kienet deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv.

Il-logħob tal-waterpolo kien oriġinarjament pospost għal-lum il-Ħadd 16 ta’ Awwissu wara li l-ewwel plejer irriżulta li kien pożittiv nhar l-Erbgħa 12 ta’ Awwissu. Dakinhar kienet l-ewwel tħassret logħba waħda iżda fi ftit minuti l-Assoċjazzjoni ħassret il-logħob kollu għal ħamest ijiem b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa.