Posposta ż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta ġiet posposta fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fid-dinja.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta. Ġie spjegat li dan sar bi qbil mal-Awtoritajiet u mal-Knisja Kattolika fil-pajjiż. Id-data tal-vjaġġ mistennija tiġi definita aktar ‘il quddiem.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħadu din l-opportunità biex jistiednu lill-Insara jżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom.

Il-Papa Franġisku kien mistenni jżur Malta fit-30 u l-31 ta’ Mejju. Fost il-postijiet li kien mistenni jżur, il-Papa Franġisku kien se jqatta’ ħin ukoll Għawdex, partikolarment is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-poplu Malti kien qed jipprepara bi ħġaru sabiex jilqa’ fi ħdanu lill-Papa Franġisku. Saħansitra kienu nfetħu l-applikazzjonijiet għat-tfal u adulti biex jissieħbu mal-kor li kellu jitwaqqaf fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta.

Aid to the Church in Need kienet nediet app bl-isem YOUCAT Daily App, li biex tgħin lit-tfal u liż-żgħażagħ iħejju ruħhom għaż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, kif ukoll fiż-żmien tar-Randan.