Posposta ż-żjara tal-ġurnalisti fil-Libja

Il-ġurnalisti li kienu se jmorru l-Libja bħala parti minn delegazzjoni Maltija ġew mgħarrfa li ż-żjara ġiet posposta.
Dan wara li l-Gvern Malti ħareġ twissija biex passiġġieri jevitaw li jivvjaġġaw lejn il-Libja minħabba żieda fl-attività militari inkluż fl-inħawi qrib l-arjuporti ta’ Mitiga u ta’ Misrata.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Alleanza Bidla qalet li din iż-żjara se ssir fil-futur qrib biex il-ġurnalisti u n-negozjanti jaraw is-sitwazzjoni vera fil-Libja u anke biex jinġieb aktar xogħol.
Alleanza Bidla qalet li se tħalli ftit jiem oħra biex ma tkun issograta l-ebda ħajja u tittama li l-poplu jasal jifhem il-verità wara li l-istqarrijiet tal-Gvern Malti ħarġu propju issa u jekk dak li stqarr il-Gvern Malti fuq il-Libja huwiex minnu jew le.