Posposta l-maratona ta’ Londra

Il-maratona ta’ Londra wkoll ġiet posposta minħabba l-coronavirus. Tħabbar li l-maratona se tkun qed issir nhar il-Ħadd 4 ta’ Ottubru ta’ din is-sena minflok.

L-40 edizzjoni ta’ din il-maratona storika kellha ssir fis-26 ta’ April. Sfortunatament minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja, il-maratona kellha titmexxa għal aktar tard din is-sena stess.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li numru ta’ avvenimenti oħra sportivi, inkluż il-maratona f’Pariġi u Boston, tħassru minħabba l-epidemija tal-COVID-19.

Fost l-atleti li rreġistraw għal din il-maratona hemm Eliud Kipchoge li kiser ir-rekord dinji, Kenenisa Bekele u l-atleta femminili li għandha r-rekord tan-nisa f’idha, Brigid Kosgei.