Posposta l-għawma li se ssir għall-Victory Kitchen

Read in English.

L-għawma li kellha ssir għada biex jinġabru l-flus għall-Victory Kitchen ġiet posposta minħabba t-temp.

L-attività issa għandha ssir meta t-temp jippermetti. Id-data se titħabbar ‘il quddiem.

Il-Victory Kitchen hija organizzazzjoni tal-karità tal-ikel bl-intenzjoni li tipprovdi ikel lil kemm jista’ jkun nies matul dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-fundatur tal-Victory Kitchen, Rafel Sammut, qed jorganizza għawma ta’ 15-il kilometru miċ-Ċirkewwa, madwar Kemmuna sa Għawdex.

Matul l-aħħar xhur, kemm Sammut, kif ukoll koki oħrajn lokali rnexxielhom jitimgħu mas-7,000 familja billi pprovdew aktar minn 20,000 ikla.

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, tista’ tagħmel dan permezz ta’ dawn il-modi:

  • Revolut fuq +356 99441950 jew +356 79796171
  • Permezz tal-BOV Mobile fuq +356 99906056