Bir-ritratti MUT: Franklin Barbara jallega li ċ-ċerpersin u l-bord elettorali ltaqgħu ma’ Bonnici

L-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) ħabbret li l-elezzjoni għall-President tal-Unjin ġiet posposta.
Fi stqarrija li bagħtet lill-membri tagħha, l-Unjin qalet li l-membri tal-bord elettorali rriżenjaw.
Żiedet tgħid li l-President tal-Unjin Kevin Bonello sejjaħ laqgħa urġenti tal-Kunsill dwar dan il-każ nhar it-Tlieta.
Fuq Facebook, il-kandidat Franklin Barbara allega li lbieraħ il-membri tal-bord elettorali marru l-kwartieri tal-MUT biex jiltaqgħu mal-kandidat Marco Bonnici, u li meta rawh riesaq dawn marru jistaħbew fi sqaq.
Nhar it-Tlieta Marco Bonnici akkuża lil Barbara u ħbieb oħra tiegħu li qed jimminaw l-awtorità waqt il-proċess sabiex jintlaħaq president ġdid tal-unjin.
B’reazzjoni għal dan, ilberaħ Barbara ressaq protest ġudizzjarju.
Sadanittant, Franklin Barbara qal li n-nies ta' madwar Marco Bonnici lbieraħ iltaqgħu b'mod sigriet fil-kwartieri tal-MUT.
Barbara allega li xħin rawh, dawn il-persuni, li jiffurmaw parti mill-Bord Elettorali, staħbew fi triq. Ftit wara hu rahom jiltaqgħu ma' Bonnici u daħlu fil-karteri.
Fir-ritratti: Persuni li allegatament iltaqgħu wara ma' Marco Bonnici, fosthom iċ-Ċerpersin tal-MUT Kevin Bonello u xi kandidati oħra. Jidher ukoll il-kwartieri tal-MUT li kien miftuħ wara l-ħin tax-xogħol.