Posposta l-attività li kienet se tagħti merħba lill-President fiż-Żejtun

DOI / Omar Camilleri

L-attività li fiha kienet se tingħata merħba lill-President il-ġdid George Vella fiż-Żejtun ġiet posposta minħabba l-maltemp.

Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun qal li l-attività li kellha ssir il-Ħadd 7 ta’ April ġiet posposta għal data oħra. Din se tkun qed titħabbar fil-futur.

Dalgħodu l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi kif ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Membri Parlamentari ltaqgħu mal-President il-ġdid, George Vella.

Filmat: Ara l-mumenti speċjali tal-President George Vella