Posposta d-deċiżjoni għal żvilupp ta’ villa f’ODZ fil-Qala

Miguela Xuereb

Il-Kummissjoni għall-Ippjanar ipposponiet smigħ dwar żvilupp ta’ kamra abbandunata fil-Qala wara li l-iżviluppaturi wegħdu li jċekknu l-iżvilupp propost.

L-iżvilupp propost huwa li kamra abbandunata, li tinsab barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ), tinbidel f’villa ferm ikbar mis-sit kurrenti.

Policy tal-Awtorità tal-Ippjanar tgħid li postijiet f’ODZ jistgħu jinbidlu f’residenzi kbar sa 200 metru kwadru jekk tingħata evidenza li l-post kien jintuża bħala residenza għal xi żmien qabel l-1992. L-applikanti pprovdew evidenza li mara kienet toqgħod fil-post madwar seklu ilu, u li kienet instabet mejta hemm fl-1921.
Aqra: “Għajb għall-ħnieżer” – Il-PD dwar villa f’ODZ fil-Qala

Iżda t-Times of Malta żvela li l-ebda dokument ma jipprovdi indirizz għal din il-mara, peress li l-indirizz provdut mhux wieħed ċar.

Waqt il-laqgħa tal-lum, id-Direttorat tal-Ippjanar insista li ċ-ċertifikat tal-mewt mhuwiex prova biżżejjed. Għalhekk, is-smigħ ġie pospost għall-1 t’Ottubru.

Aqra: Ritratti: Jitqaċċtu siġar tal-ħarrub fil-Qala fejn għandhom jinbnew appartamenti