Pospost is-smigħ tal-hit and run minn Assistent Kummissarju

Is-smigħ tal-każ ta’ hit and run li seħħ f’Marzu li għadda u li bih qed jiġi akkużat l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Mario Tonna, ġie pospost għal Novembru.

Tonna kellu jitressaq il-Qorti dalgħodu iżda wara li wieħed mill-avukati ma setax ikun preżenti, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ħadet id-deċiżjoni li tmexxi s-smigħ.

S’issa hu mifhum li l-inċident seħħ f’Tas-Sliema fejn allegatament Tonna ħabat ma’ tlieta jew erba’ karozzi. Hu kien instab mill-Pulizija f’dar aktar tard u ttieħed l-għassa sabiex isirlu t-test tal-alkoħol.

F’Jannar li għadda, Tonna kien fil-mira tal-midja f’każ separat meta ġie arrestat wara li s-sieħba tiegħu allegat li sfat vittma ta’ vjolenza domestika. Wara dan l-inċident, Tonna kien irreżenja mill-Korp tal-Pulizija. Għaldaqstant, is-sieħba tiegħu kienet ħadet lura r-rapport li għamlet u għalhekk ma ttiħditx azzjoni kontrih.