Pospost il-ġuri ta’ iben Muammar Gaddafi

Il-ġuri kontra s-37 persuna qrib ir-reġim ta’ Muammar Gaddafi pie pospost għall-14 ta’ April.  Fost l-imputati hemm ukoll Saif Al Islam Gaddafi, it-tifel tal-Kurunnell, li bħalissa qed jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Zintan. 
Hemm ukoll Abdallah Senussi, eks kap tas-servizzi sigrieti u anke l-eks Prim Ministru Libjan Baghadadi Mahmudi.  Minkejja l-pressjoni li tal-gvern Libjan, il-ħabs ta’ Zintan qatt ma aċċetta li l-arrestati jiġu trasferiti f’ħabs ieħor.