Pospost il-funeral ta’ l-eks-Prim Imħallef Giuseppe Mifsud Bonnici

Il-funeral tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici ġie li kellu jsir illum waranofsinhar ġie pospost minħabba l-maltemp.

Skont l-għaqda studenteska tal-avukati, Junior Chamber of Advocates, il-funeral issa se jkun qed isir nhar it-Tlieta, 26 ta’ Frar fis-2.30pm fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Mifsud Bonnici miet fl-età ta’ 89 sena. Hu kien l-iżgħar fost l-aħwa tal-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici. Magħruf bħala Ġoġo, hu kien sar Imħallef lura fl-1988. Imbagħad sar Prim Imħallef fl-1990. Hu kien serva wkoll bħala President tal-Kamra tal-Avukati bejn l-1978 u l-1983. Hu żżewweġ lil Maria Cremona fl-1959 u kellhom tliet itfal.