Pospost il-Festival Internazzjonali tan-Nar

Ritratt: Malta International Fireworks Festival

Ġie pospost il-Festival Internazzjonali tan-Nar li kien se jsir fl-aħħar ġimgħa ta’ April f’Malta u Għawdex. Dan minħabba l-istruzzjonijiet tal-Gvern dwar attivitajiet tal-massa b’rabta mal-coronavirus.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li saret laqgħa bejn il-kmamar tan-nar li kienu se jieħdu sehem u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA).

Hu mifhum li fost l-oħrajn ġiet diskussa data oħra, bl-indikazzjonijiet juru li l-Festival Internazzjonali tan-Nar isir wara li jispiċċa l-istaġun tal-festi.

Fil-ġranet li ġejjin se jiġi diskuss ukoll jekk għandhomx isiru l-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat kif ukoll Festa Nar li tiġi organizzata mir-Reġjun ta’ Nofsinhar.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-MTA fl-aħħar ħin.