Portugall: Miċħuda rapporti li ġġarraf ajruplan f’operazzjoni tat-tifi tan-nar

Minkejja li aktar kmieni l-BBC u l-Euronews irrappurtaw li ajruplan iġġarraf waqt ħidma tas-sigurtà kontra n-nirien li ħakmu l-Portugall ftit sigħat wara d-Dipartiment tal Protezzjoni Ċivili Portugiż ċaħad din l-aħbar.
Intant pumpiera u ħaddiema tas-salvataġġ ilhom jissieltu kontra n-nirien fil-Portugall għal dawn l-aħħar erbat' ijiem.
Fi stqarrija l-awtoritajiet qalu li n-nirien se jkunu taħt kontroll sa 24 siegħa oħra.
Aktar minn 1,500 pumpier flimkien ma disa’ ajruplani tat-tifi tan-nar qed jaħdmu bla waqfien biex jikkontrollaw in-nirien.
Dan l-inċident s’issa ħalla 64 persuna mejta u 150 midruba.