Portugall: Familja tmut fi splużjoni ta’ fabbrika tan-nar

Sitt persuni mietu u tnejn oħra huma mitlufa wara splużjoni ta’ fabbrika tan-nar fil-Portugall.
Il-vittmi kienu kollha jaħdmu fl-impjant.
Is-sindku tal-belt fejn splodiet il-fabbrika qal li sid il-fabbrika instab fost il-mejta u diversi familjari tiegħu huma mietu wkoll filwaqt li oħrajn għadhom mitlufa.
Uħud mill-vittmi nstabu barra l-fabbrika hekk kif taru mal-isplużjoni tant qawwija.
Rapporti tal-midja lokali qalu li l-ewwel splużjoni seħeet fil-5.30pm nhar it-Tlieta filgħaxija u warajha kien hemm żewġ splużjonijiet oħra.
Hu mifhum li l-fabbrika tan-nar kienet negozju tal-familja.