Portelli jitfa’ n-nomina għall-eżekuttiv tal-PN

Pierre Portelli, l-eksdirettur tal-ġurnal The Malta Independent, ippreżenta n-nomina tiegħu għall-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Dan qalu b’post fuq Facebook, meta żied jgħid li għamel hekk biex skontu jkun ta’ servizz għall-partit fi żmien ta’ sfidi kbar.
Aktar kmieni dax-xahar, Portelli kien irriżenja mill-kariga tiegħu f’The Malta Independent, u dakinhar qal li mill-qasam tax-xandir biss ma setax jara li l-pajjiż ikollu politika ndifa u korretta.
Newsbook.com.mt kien irrapporta li Portelli kien interessat għal Segretarju Ġenerali tal-PN.