Portal onlajn għall-użu tad-drones

Read in English.

Illum tħabbar portal onlajn għall-użu sigur tad-drones.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg flimkien ma’ Transport Malta. Din is-sistema se tkun qed tiffaċilita proċessi li jkollhom bżonn jagħmlu l-operaturi, bħal sottomissjonijiet ta’ vjaġġi kif ukoll aċċess aħjar għat-tbassir meterjoloġiku u tat-temp. Infatti se jkun hemm mappa li tindika iż-żoni permessi u dawk restritti għall-użu ta’ drone.

Dan il-portal se jgħin biex jassigura li hemm regolazzjoni dwar id-drones. B’hekk, jiġu ssalvagwardjati kemm il-privatezza tan-nies u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll jiġu evitati ħsarat li jistgħu jsiru.

Borg qal li se jkun hemm uffiċjali għall-infurzar tal-liġi jiżguraw li min iħaddem id-drones ikollu reġistrazzjoni valida tat-titjira li tkun qed issir filwaqt li jassiguraw li din tkun approvata u awtorizzata mill-Awtorità. Huwa sostna li l-Gvern, flimkien ma’ Transport Malta, kommess li jkollu industrija regolata u effettiva.

Is-sistema onlajn se tkun qed iżżomm mar-regolament EASA UAS. Dan ir-regolament se jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni ta’din is-sistema se tkun imqassma fi tliet kategoriji li jiddependu fuq il-livell ta’ riskju. Dawn ir-regolamenti jeħtieġu reġistrazzjoni tal-operaturi UAS, liċenzji ta’ piloti remoti, il-membru stat li jidentifika żoni ġeografiċi li huma restritti għall-operazzjoni UAS u li l-istess membru stat jagħmel sorveljanza tas-suq tad-drones.