Portal Diġitali fejn tista’ taċċessa d-dokumenti kollha

Approvat t-twaqqif ta’ portal diġitali li jagħti possibilità kemm liċ-ċittadini jew kumpaniji sabiex ikollom aċċess għal informazzjoni u proċeduri amministrattivi importanti onlajn. Dan il-portal ġie approvat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO).

Dan il-portal se jiġi integrat fil-portal l-Ewropa tiegħek u se jkun disponibbli f’kull lingwa.

Marlene Mizzi, mill-grupp politiku Progressive Alliance of Socialists and Democrats (S&D), li mexxiet din il-leġżlazzjoni fil-Parlament li “Dawn is-servizzi huma ta’ importanza kbira meta n-nies ikunu jridu jmorru jgħixu jew jistudjaw f’pajjiż ieħor tal-UE u jeħtieġu li jitolbu d-dokumentazzjoni relattiva, bħal ċertifikat tat-twelid jew prova ta’ residenza, jew japplikaw għal finanzjament għall-istudju universitarju jew ieħor, fost ħafna affarijiet oħra.”

Il-prinċipju ta’ “darba biss” u l-protezzjoni tad-data

Il-prinċipju ta’ “darba biss” għandu l-għan li jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jiġu mitluba li jagħtu informazzjoni lill-amministrazzjoni pubblika darba biss. Din l-informazzjoni imbagħad tista’ terġa tintuża fi proċeduri oħrajn, jekk jitlob dan l-utent.