Port taż-żejt fil-Libja attakkat mill-ISIS

L-Istat Iżlamiku attakka l-port Libjan ta’ Sidra.
Rapporti jgħidu li żewġ suldati, li kienu qed jiddefendu l-port taż-żejt, inqatlu hekk kif il-militanti kellhom jirtiraw, bil-kontroll tal-port jibqa’, s’issa, f’idejn il-Libjani.
Skont ir-rapporti, l-Istat Iżlamiku qed jikkontrolla l-belt ta’ Bin Jawad, li hi madwar 30 kilometru bogħod mill-port taż-żejt.
Ix-xahar li għadda, Franza ddikjarat li l-militanti tal-Istat Iżlamiku jridu jirbħu l-bjar taż-żejt fil-Libja.
L-istess port ta’ Sidra kien fil-mira tal-Istat Iżlamiku f’Ottubru, imma anke dakinhar ma rnexxielhomx jirbħuh.