‘Pope Francis – A Man of His Word’ b’risq Caritas Malta

Papa Franġisku
General papal audience in St. Peter's Square, The Vatican, Rome, Italy - 04 Feb 2015...Mandatory Credit: Photo by AGF s.r.l./REX (4408379q) Pope Francis I General papal audience in St. Peter's Square, The Vatican, Rome, Italy - 04 Feb 2015

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu, fit-Teatru Embassy l-Belt, saret special screening tal-Film ‘Pope Francis – A man of His Word’ li d-dħul minnu kien kollu b’risq Caritas Malta.

L-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, li dan l-ispecial screening sar taħt il-Patroċinju tiegħu ħeġġeġ biex f’dawn il-ġranet li se jkun qed jintwera dan il-film fis-swali kollha lokali taċ-ċinema, ħadd m’għandu jitlef din l-opportunità li jarah.

Il-film inħareġ fil-ħames anniversarju tal-Papa Franġisku.

Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt ikkummenta dwar kemm il-Papa għandu kliem li jqanqal u eżempju li jkaxkar.