Pompi tal-petrol: Applikazzjoni ta’ Ħal Luqa approvata, Mosta rifjutata

L-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiemha żewġ applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal-petrol.
L-Awtorità approvat il-bini ta’ pompa tal-petrol f'Ħal Luqa però rrifjutat l-applikazzjoni biex tinbenda oħra fil-Mosta.
Il-membri kollha tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutaw l-applikazzjoni biex tinbena pompa tal-petrol f'Tal-Blata l-Għolja fil-Mosta.
Min-naħa l-oħra, għal dik ta' Ħal Luqa, iċ-Ċerpersin tal-Bord Vince Cassar, ir-rappreżentanta tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli, r-rappreżentant tal-NGOs Annick Bonello, u ċ-Ċerpersin tal-Awtorità tal-Ambjent u tar-Riżorsi (ERA) Victor Axiaq ivvutaw kontra.
L-applikanti ta' din l-applikazzjoni kienu qed jitolbu biex ikun hemm rilokazzjoni ta' xi kmamar u jinbnew il-faċilitajiet ta' pompa tal-petrol biswit bitħa fl-inħawi.
Deċiżjoni dwarha ġiet diferita wara li grupp ta’ attivisti daħlu għall-għarrieda waqt laqgħa tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.
L-istess attivisti mill-Moviment Graffiti aktar kmieni dalgħodu ħarġu stqarrija fejn fiha appellaw lill-Awtorità biex tirrifjuta din l-applikazzjoni.